Il-Kunsillier Steve Zammit Lupi Jiċċara Li L-Kelb Li Nstab Maħruq F’Ħaż-Żebbuġ Kien Diġà Mejjet Meta Nħaraq

 Il-Kunsillier Steve Zammit Lupi Jiċċara Li L-Kelb Li Nstab Maħruq F’Ħaż-Żebbuġ Kien Diġà Mejjet Meta Nħaraq

Il-każ tal-bieraħ fejn instab kelb maħruq, mormi f’kaxxa tal-kartun f’Ħaż-Żebbuġ jidher li ma’ kienx wieħed ta’ moħqrija. Dan wara li l-Kunsillier indipendenti f’Ħaż-Żebbuġ Steve Zammit Lupi, permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li l-kelb inħaraq wara li kien ġa mejjet.

Zammit Lupi spjega li l-kelb tal-Fenek kien instab mejjet fil-ġenb ta’ sqaq u sar rapport biex dan jinġabar. Huwa qal li ma deherx li kien hemm ebda feriti viżibbli fuq il-kelb.

“Kien ser jinġabar però xi ħadd deherlu li hija idea tajba li jagħtih in-nar,” kompla jgħid Steve Zammit Lupi.

Huwa appella għal attenzjoni lil sezzjonijiet tal-midja biex qabel jivverifikaw ċertu stejjer, speċjalment f’dan il-każ li seta’ kien każ serju ta’ moħqrija tal-annimali.

Ara wkoll:

Waqt Li Kien Miexi Isib Kelb Maħruq U Mormi F’Kaxxa F’Ħaż-Żebbuġ

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com