Ir-Reġina Eliżabetta Tilbes Brooch Li Tmur Lura Għal Meta kellha 19-Il Sena
Ir-Reġina Eliżabetta dehret f’ritratt liebsa brooch speċjali li tmur lura għal meta għalqet 19-il sena. Ir-Reġina għandha kollezzjoni kbira ta’ brooches differenti kollha bi stil rikk u differenti.
Din il-brooch partikolari kienet ingħatat lilha mill-ġenituri tagħha; ir-Re George VI u ommha; ‘Queen Mother’.
Għalkemm din il-brooch mhix komuni li tidher biha fil-pubbliku, ir-Reġina kienet libsitha f’okkażjonijiet oħra speċjali fosthom meta ttieħed ritratt fil-Palazz Buckingham mat-tarbija; il-Prinċep Charles fl-1949.