“Se Nagħmlu Minn Kollox Sabiex Nilqgħu Lil Kulħadd F’Ukrajna Ħielsa, Fil-Paċi U Mibnija Mill-Ġdid” – Il-President Ukren Zelenskiy

 “Se Nagħmlu Minn Kollox Sabiex Nilqgħu Lil Kulħadd F’Ukrajna Ħielsa, Fil-Paċi U Mibnija Mill-Ġdid” – Il-President Ukren Zelenskiy

Il-grupp Ukren Kalush Orchestra, rebbieħa tal-Eurovision, f’konferenza tal-aħbarijiet wara li spiċċat is-serata sostnew li ma rebħux il-festival minħabba l-gwerra f’pajjiżhom.

Huma qalu li d-diska tagħhom Stefania diġà kienet fost il-favoriti li tirbaħ qabel ma’ bdiet l-invażjoni mir-Russi fl-Ukrajna.

Fl-ewwel kummenti tiegħu fuq il-mezzi soċjali, l-President Ukren Zelenskiy qal li l-kuraġġ tagħhom impressjona lid-dinja, filwaqt li l-mużika tagħhom iddominat l-Ewropa.

Zelenskiy qal li jinsab kuntent li l-Ukrajna rebħet dan il-festival għat-tielet darba fl-istorja, “u żgur mhux l-aħħar darba.”

Huwa qal li se jkunu qed jagħmlu minn kollox sabiex il-festival tas-sena d-dieħla jsir fl-Ukrajna.

“Se nagħmlu minn kollox sabiex nilqgħu lil kulħadd f’Ukrajna ħielsa, fil-paċi u mibnija mill-ġdid.”

L-Ukrajna rebħet il-Eurovision b’631 punt.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com