S’Issa Konfermati 3 Każijiet Ta’ Monkeypox Fl-Ingilterra – L-Ewwel Każ Kienet Persuna Li Żaret In-Niġerja

 S’Issa Konfermati 3 Każijiet Ta’ Monkeypox Fl-Ingilterra – L-Ewwel Każ Kienet Persuna Li Żaret In-Niġerja

Fl-Ingilterra s’issa ġew konfermati tliet każijiet ta’ Monkeypox li hija infezzjoni rari relatata ma’ Smallpox.

L-ewwel każ fl-Ingilterra feġġ fis-7 ta’ Mejju, u sas-Sibt li għadda feġġew żewġ każijiet oħra.

Kelliema għas-Saħħa kkonfermaw li l-pazjenti qed jingħataw il-kura f’Guy’s & St. Thomas Infectious Disease Hospital f’Londra.

Jidher li l-ewwel każ li feġġ kienet persuna li kienet għada kemm vjaġġat min-Niġerja. Id-Dipartiment tas-Saħħa qed janalizza l-każijiet u qed jikkuntattjaw lill-passiġġieri kollha li kienu fuq l-ajruplan.

L-infezzjoni normalment idum bejn ġimgħatejn u erba’ ġimgħat biex tfieq b’sintomi li jvarjaw minn deni, uġiegħ ta’ ras, uġiegħ fil-muskolu u għejja. Bl-infezzjoni jitla’ raxx ta’ bżieżaq mal-ġisem kollu.

Il-Monkeypox kienet skoperta l-ewwel darba fl-1958 u m’hiex infezzjoni li normalment isibha fl-Ewropa, iżda l-aktar komuni hija fl-Afrika.

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com