Espresso Fuq ONE, isellem lis-segwaċi tiegħu wara 7 snin

 Espresso Fuq ONE, isellem lis-segwaċi tiegħu wara 7 snin

F’dawn il-jiem, bosta programm lokali qed jikkonkludu l-iskedi tagħhom, għaliex ħafna skedi tal-istazzjonijiet televiżivi jkunu qed jiġu fi tmiemhom qabel is-sajf. Ċertu programmi dejjem jintemmu mal-iskeda tar-rebbiegħa filwaqt li xi oħrajn jibqgħu għaddejin anke fl-iskedi tas-sajf. Espresso fuq ONE, programm ta’ kuljum, sa mill-bidu tiegħu fl-iskeda tal-2015, baqa’ għaddej iżomm kumpanija lis-segwaċi tiegħu kuljum, inkluż sajf wara sajf. Iżda, jidher li din is-sena, Espresso fuq ONE, intemm ma’ din l-iskeda ukoll.

Il-preżentatur Wayne Aquilina li ilu mill-bidu ta’ Espresso jippreżentah kuljum, illum sellem lis-segwaċi tiegħu filwaqt li rringrazzja lil kull min b’xi mod kien parti mill-esperjenza ta’ dan il-programm tul dawn l-aħħar 7 snin. F’dawn l-aħħar skedi, apparti Wayne, Espresso kien ippreżentat ukoll minn Josette Sciberras u bis-sehem tal-komika tal-karattru Agnes Pandolfino. L-ewwel preżentatriċi ma’ Wayne f’Espresso lura fl-2015, kienet il-personalita’ Pawla, li llum f’mumenti ingħaqdet f’dan l-aħħar programm ta’ Espresso. Jidher li b’kollox saru 1,678 Espresso mill-2015 sal-lum.

Tista’ ssegwi t-tmiem ta’ Espresso billi tagħfas hawn:

https://www.facebook.com/espressotv/videos/449440323599546

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com