“Is-Sbuħija Ta’ Dan Iż-Żmien’ – The Travellers Jippjanaw Single Ġdida
The Travellers qed jippjanaw li joћorġu single ġdida bl-isem: Is-Sbuħija ta’ Dan iż-Żmien, Il-vidjow mużikali ser joħroġ fl-4 ta’ Lulju li ġej.
Jidher li hekk kif iktar ma qiegħed jgħaddi ż-żmien, il-ħajja dejjem qiegħda ssir iktar diffiċli u kumplessa tant illi l-ġenerazzjonijiet li ġejjin għad iridu jaffaċċjaw żminijiet iktar iebsa minn qatt qabel.
L-unika mod kif aħna nistgħu nkunu ferħanin, f’saħħitna u kompluti, huwa billi nrażżnu x-xewqat, il-biżat u l-emozzjonijiet tagħna.
X’inhu ġej fil-futur? Ħadd ma jaf. Iżda permezz tas-single il-ġdida tagħhom, The Travellers iħeġġuna biex fl-aħħar mill-aħħar nieħdu r-riedni f’idejna u ngawdu ‘Is-Sbuħija ta’ Dan iż-Żmien’.