Iż-Żoni Fejn Jistgħu Jgħumu L-Klieb Dan Is-Sajf

 Iż-Żoni Fejn Jistgħu Jgħumu L-Klieb Dan Is-Sajf

Bla dubju li anke l-klieb iħossu s-sħana fl-istaġun sħun tas-sajf u ħafna Maltin u Għawdxin li jħobbu l-annimali, fosthom klieb, iħobbu jieħduhom magħhom il-baħar.

Kull sajf jitqajjmu ħafna diskussjonijiet, b’mod partikolari ‘online‘ u bejn il-familji u l-ħbieb, dwar fejn huma ż-żoni addatati sabiex jgħumu l-klieb madwar Malta u Għawdex. Uffiċjalment jeżistu għaxar żoni tal-għawm li huma rikonoxxuti li jistgħu jgħumu l-klieb.

Dawn huma ż-żoni li jilqgħu l-klieb (Dog-Friendly Areas):
1. L-Armier, daħlet ix-xmajjar
2. Selmun, l-imġiebaħ
3. Baħar iċ-Cagħaq, wara Splash & Fun
4. Tas-Sliema, Tigne Point
5. Il-Kalkara, f’parti minn ir-Rnella
6. Wied il-Għajn, Żonqor Point
7. Marsaxlokk, Ix-xatt tas-Sajjieda
8. Xwejni Għawdex, Horizon Bay
9. Għajnsielem Għawdex, Trejqet Mġarr ix-Xini
10.Il-Mellieħa, it-Torri l-Abjad

Tajjeb li persuna li sejra l-baħar bil-kelb dejjem toqgħod attenta li anke f’dawn il-bajjiet, trid tifhem liema huma ż-żoni eżatti li huma adattati. Dejjem għandhom jinqraw it-tabelli li jkun hemm fiż-żoni. Jeżistu multi għal min jikser il-liġi u obligi legali mis-sid tal-kelb.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com