Solidarjetà Mas-Sindku Ta’ Tas-Sliema – Safa Attakkat Minn Persuni Waqt Il-Qadi Ta’ Dmirijietu
Intant, il-Partit Nazzjonalista kkundanna l-attakk vjolenti fuq is-Sindku ta’ Tas-Sliema John Pillow permezz ta’ stqarrija fejn ħeġġeġ u qal li jistenna li tittieħed azzjonijiet meħtieġa bl-iskop li ssir ġustizzja mal-vittma ta’ dan l-attakk.
“Il-Partit Nazzjonalista jesprimi wkoll solidarjetá mas-Sindku u jisħaq għal aktar rispett lejn il-karigi tal-Awtoritajiet lokali u Reġjonali. Il-Partit Nazzjonalista filwaqt li jirrikonoxxi l-ħidma imprezzabbli ta’ dawn il-persuni eletti demokratikament mill-poplu, jappella lill-Gvern sabiex jagħti sinjal ċar ta appoġġ u fiduċja f’dan il-livell ta demokrazija f’pajjizna billi mhux biss jara li jsiru l-investigazzjonijiet kollha necessarji u tittieħed azzjoni iżda wkoll li joffri protezzjoni xierqa lil dawn il-persuni eletti.”