Diskussjonijiet Bejn il-GWU U L-Ministeru Għall-Anzjanita Attiva Dwar Is-Sitwazzjoni F’San Vinċenz De Paul

 Diskussjonijiet Bejn il-GWU U L-Ministeru Għall-Anzjanita Attiva Dwar Is-Sitwazzjoni F’San Vinċenz De Paul

F’laqgħa li kellha l-General Workers’ Union mal-Ministru għall-Anzjanita Attiva Jo Etienne Abela, ġiet diskussa s-sitwazzjoni f’San Vinċenz de Paul sabiex tkun żgurata s-saħħa u sigurta kemm tal ħaddiema kif ukoll tar-residenti u dawk li jattendu SVP.

Filwaqt li l-Ministru Abela spjega l-azzjonijiet li qed jittieħdu mill-Ministeru tiegħu biex dawn jiġu salvagwardjati. Ħidma li ġiet innotata min-naħa tal-GWU, madankollu hija ressqet il-ħsibijiet tagħha rigward ċerti nuqqasijiet li nnotat, hekk kif kien imsemmi fi stqarrija li ħarġet ftit ġranet ilu.

Il-Ministru Abela flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ SVP Josianne Cutajar iddiskutew dawn il-ħsibijiet flimkien mal-GWU u wiegħdu li se jaraw kif jistgħu jindirizzawhom aħjar.

Il-Ministru kompla jikkommetti ruħu biex SVP tkompli tissaħħaħ sabiex ikun hemm ambjent aħjar għall-ħaddiema u r-residenti tagħha.

Il-GWU se tibqa’ tinnota l-iżviluppi f’SVP u tara li d-drittijiet tal-ħaddiema membri tagħha jkunu protetti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com