Il-Ħames Edizzjoni Tal-80s & 90s Music Festival B’Risq Inspire Foundation

 Il-Ħames Edizzjoni Tal-80s & 90s Music Festival B’Risq Inspire Foundation

It-tribute artist ta’ Tina Turner attendiet konferenza tal-aħbarijiet relatata mal-ħames edizzjoni tal-80s and 90s Music Festival b’risq Inspire Foundation li se tkun qed isseħħ nhar id-29 ta’ Lulju 2022 fit-8pm f’Ħal Kirkop.

L-avveniment organizzat mill-K Music Events huwa b’xejn, iżda d-donazzjonijiet li se jkunu qed jinġabru mad-dħul se jkunu b’risq Inspire Malta.

Il-kunċert se jkun qed jospita tribute act ta’ Tina Turner, Typically Tina, kif ukoll uħud mill-aqwa DJs lokali: Alex Reflex Grech, Sue Mifsud u Renato Vella. L-aħħar edizzjoni saret qabel il-pandemija tal-Covid-19 fejn il-festival kien jitqies bħala avveniment mistenni minn persuni ta’ kull età.

Preżenti kien hemm ukol il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici.

Is-CFO ta’ Inspire, Giovanna Mirabile spjegat kif l-Inspire tispeċjalizza f’għajnuna għal dawk li jinsabu fuq l-ispettru tal-awtiżmu, dawk b’diffikultajiet profondi fit-tgħalim u dawk b’aġir diffiċli.

Filwaqt li l-NGO tirċievi fondi governattivi għal diversi programmi, xorta waħda tiġi bżonn is-sapport ta’ donazzjonijiet mill-pubbliku u forom oħrajn ta’ ġbir ta’ fondi biex tkompli tinvesti fil-faċilitajiet speċjalizzati tagħha f’Malta u Għawdex, kif ukoll fl-istaff speċjalizzat u servizzi li dejjem qed jikbru fid-domanda.

Is-Sur Louis Zammit, President ta’ St Leonard Band Club u l-organizzaturi tal-festival esprimew ukoll l-entużjażmu li jikkontribwixxu għal kawża daqshekk ġenwina u rringrazzja lill-Inspire talli baqgħet tafda l-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment f’K Music Events. “ Bħala organizzazzjoni volontarja, K Music Events tinsab verament kuntenta li qed torganizza avveniment tat-tip għal kawża daqshek ġusta. Dawn l-avvenimenti jgħinuna nikbru fil-komunità filwaqt li ngħinu lil dawk li għandhom bżonn xi tip ta’ assistenza.”

Il-Fondazzjoni Inspire tgħin persuni b’diżabilità jilħqu l-potenzjal tagħhom permezz ta’ diversi strateġiji, materjali u riżorsi li tipprovdi u li jgħinu kull tip ta’ bżonnijiet fil-formazzjoni u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet edukazzjonali, terapewtiċi u ta’ divertiment.

Għal aktar informazzjoni, żur www.inspire.org.mt u https://www.facebook.com/The8090MusicFestival

L-Inspire Foundation hija organizzazzjoni volontarja reġistrata taħt in-numru VO/0199.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com