L-Insetti Madwarna … Kontu Tafu?
Fost il-ħafna insetti li nsibu jgħixu magħna jew madwarna, insibu ċ-ċikada jew żarżur (werżieq ta’ binhar) bl-isem xjentifiku: 𝘊𝘪𝘤𝘢𝘥𝘢 𝘰𝘳𝘯𝘪.
Dan l-insett issibu ġeneralment f’siġar kbar, anke f’żoni urbani, li minnhom jerda’ s-sugu miz-zokk. Jiddistingwi ruħu permezz tal-għana żżarżar tiegħu matul il-jum, bejn l-aħħar ta’ Lulju sal-aħħar tas-sajf.
Dan il-ħoss dominanti u partikolari jkun ġej mir-raġel ta’ din l-ispeċi u jikkreah bil-ġwienaħ tiegħu li jħabbtu ma’ ġismu (l-abdomen), li fih qishom toqob minn fejn tgħaddi l-arja u allura jinħoloq effett bħal dak ta’ ‘sound box’..
Permezz ta’ dan il-ħoss jattira l-ispeċi femminili u wara li jitgħammar imut. Ftit wara li l-mara tbid il-bajd, din tmut ukoll u l-bajd ifaqqas fl-aħħar tas-sajf, fejn jibqa’ fl-istat ta’ larva għal madwar sitt snin sħaħ, filwaqt li l-istadju ta’ maturità jdum biss sajf wieħed!
Bħalissa tista’ tisma’ ħafna minnhom, iżda ftit ftit wara li jagħmlu xogħolhom dawn jibdew imutu u b’hekk din tkun indikazzjoni oħra li s-sajf ikun wasal biex jispiċċa.
Ritratt: Clement Agius