Il-Kantant Dre Curmi Kwalifikat Fit-Tieni Post F’Festival Fil-Polonja

Ilbieraħ filgħaxija Dre Curmi kkompeta f’Festival f’Rzeszów, il-Polonja fejn spiċċa fit-tieni post. Hu kanta kanzunetta oriġinali tiegħu li ġġib l-isem ta’ Ricochet. Il-Festival intrebaħ mill-Ukrena Kristina Dutchak.
Dre jinsab kuntent ferm bil-kisba ta’ dan ir-riżultat fejn ha punti mill-ġurija esperta kollha. Il-kanzunetta Ricochet inkitbet minn Cliff Casha u Jonas Gladnikoff filwaqt li l-mużika u kompożizzjoni hi ta’ Cyprian Cassar u Jonas Gladnikoff.
Dre ilu jaħdem għal dan il-Festival minn Jannar li għadda. Huwa kien akkumpanjat mill-familja tiegħu u anke minn Music Note PR Management li tieħu ħsiebu. Dre ha jibqa jaħdem fuq il-karriera mużikali tiegħu u nerġgħu narawh fuq il-palk b’mużika oriġinali fil-futur qarib.