Mara Ssofri Ġrieħi Gravi F’Inċident Tat-Traffiku Qrib Ix-Xlendi

 Mara Ssofri Ġrieħi Gravi F’Inċident Tat-Traffiku Qrib Ix-Xlendi

Illum, għall-ħin tas-siegħa ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq ix-Xlendi, il-Munxar, Għawdex. L-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel mill-Portugal ta’ 29 sena li kien qed isuq quadbike, tattip Access, tilef il-kontroll u kellu mpatt ma’ ħajt. Fuq il-quadbike kien hemm ukoll mara ta’ 32 sena mill-Portugal.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-aktar kura, fejn ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com