”Nikkultivaw l-Għeruq Tagħna” – Proġett fil-Mosta

 ”Nikkultivaw l-Għeruq Tagħna” – Proġett fil-Mosta

Nhar il-Ħadd 7 ta’ Awwissu, ġie inawgurat proġett ambizzjuz bl-isem ta’ “Nikkultivaw l-Għeruq tagħna” fil-każin Nicolo Isourd tal-Mosta. Iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni – li fiha nnifisha kienet waħda spettakolari u li kienet ikkordinata minn Marvic Camilleri, attendew għaliha bosta nies distinti fosthom membri parlamentari u kunsilliera. L-inawgurazzjoni saret mill-Onorevoli Angelo Farrugia – Speaker tal-Kamra, u ġiet imbierka mill-W.R. Arċipriet Dun Sebastjan Caruana.

Dan il-proġett li huwa filfatt wieħed minn sensiela ta’ proġetti, dam għaddej iktar minn sentejn fejn apparti titjib tal-infrastrutura tal-każin permezz ta’ insallazzjoni ta’ dawl ġdid, CCTV cameras, intruder u fire alarms u sistema ta’ dawl ġdid, sar ukoll tisbiħ fil-Kappella San Ġorġ Preca, installazzjoni ta’ antiporta, kamra ġdida għat-tagħlim tal-mużika, restawr u konservazzjoni ta’ diversi xogħlijiet artistiċi li jinsabu l-każin, u ftuħ ta’ esebizzjoni permanenti ta’ bosta oġġetti ta’ valur storiku minn żminijiet differenti fl-istorja tal-każin.

 

Ritratti ta’ Mark Micallef Perconte

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com