Materjal Perikoluż Li Jqabbad Il-Kanċer Jitħalla Maġenb It-Triq F’Marsaxlokk

 Materjal Perikoluż Li Jqabbad Il-Kanċer Jitħalla Maġenb It-Triq F’Marsaxlokk

Peter Agius fi stqarrija qal li kiteb lill-Ministri tal-Gvern biex ma jibqgħux jilagħbu logħba burokratika għax hawn is-saħħa tal-Maltin fin-nofs.

Il-Kelliem tal-PN Peter Agius illum żar il-post f’Marsaxlokk fejn intremew għexieren ta’ kanen tal-materjal asbestos. L-asbestos huma materjal li huma meqjus ‘altament kanċeroġenu tant li l-Unjoni Ewropea projbietu kompletament mis-suq u tat lil Malta miljun u nofs fondi Ewropej biex Malta tneħħi l-asbestos mill-postijiet pubbliċi.

‘Minkejja li nafu kemm huwa perikoluż l-asbestos, illum mort Marsaxlokk fuq il-post u b’sorpriża rajt li dan l-iskart perikoluż għadu hemm mat-triq waqt li għaddejjin għexieren ta’ karozzi u persuni għaddejjin bil-pass. Ġimgħatejn wara li l-gazzetti rrappurtaw dan il-każ inkwetanti għada ma ttieħdet l-ebda azzjoni. Dan huwa xokkanti!’ qal Peter Agius

Agius kiteb lill-Ministri Dalli u Fearne u lis-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli b’appell għal azzjoni immedjata u bil-kuntatti ta’ żewġ kumpanniji Maltin kwalifikati li jittrattaw dan l-iskart.

‘Fejn iridu, joħorġu direct orders bl-addoċċ anke meta ma hemm l-ebda urġenza, bħal fil-każ tal-metro ta’ forsi 20 sena oħra li għaliha faqgħu press conference b’direct order ta’ 70,000 euro. Dan huwa verament każ urġenti li jikkonċerna s-saħħa tan-nies, tibqgħux twaħħlu f’xulxin, aqtgħu il-burokrazija u neħħu mmedjatament dan l-iskart perikoluż minn ġol komunità!’ temm Peter Agius.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com