BIL-FILMAT: Qatt Rajt Filfla Daqshekk Mill-Viċin?
Avventura mhux tas-soltu għall-esploratur lokali Angelo Caruana teħodna dawra ma’ Filfla u lura f’avveniment organizzat minn Neil Agius. Waqt it-tieni edizzjoni tal-Ocean Festival li ġie organizzat is-Sibt, 10 ta’ Settembru, ‘il fuq minn ħamsin għawwiem daħlu għal sfida partikolari, dik li jgħumu madwar Filfa u lura. Kien hemm żewġ rotot li setgħu jagħżlu, dik minn Għar Lapsi, madwar Filfla u lura Lapsi, bil-fuq minn 10 km u dik madwar tminn mitt metru ‘l bogħod minn Filfla, madwar Fifla u lura Lapsi bil-fuq minn 5km.
Din l-attivita’ setgħet issir b’permessi speċjali mill-E.R.A. u Transport Malta, kienet organizzata mill-għawwiem professjonali Neil Agius u t-tim tiegħu fejn taw l-opportunita’ lil dawn l-għawwiema jagħmlu din l-isfida kif ukoll lil numru ta’ kayakers li servew ta’ gwida għal dawn l-istess għawwiema biex jaslu l-art.
Tajjeb infakkru li Neil Agius, li għandu 36 sena, s-sena l-oħra kiser rekord mondjali fejn għum 125.7 kilometri fi 52 siegħa minn Linosa l-Italja sax-Xlendi f’Għawdex mingħajr waqfien. Riċenti fuq il-profil tiegħu kiteb li għandu l-ħsieb li jagħmel għuma oħra s-sena d-dieħla.
Filfla hija riserva naturali madwar 5km ‘l bogħod minn Għar Lapsi fejn wieħed irid permess speċjali mingħand l-E.R.A. biex jersaq f’inqas minn mil ħdejha. Fi żmien it-tieni gwerra dinjija serviet bħala mira għal bumbardamenti mill-qawwa Ingliża, fejn kif jidher f’dan il-filmat naraw ħafna blat imfarrak. Fuqha nsibu diversi flora u fawna li jinsabu fuqha biss bħal gremxula ta’ Filfla, l-Kanġu ta’ Filfla u oħrajn. Ġo għar fuqha kien hemm kappella li din sfrundat u l-pittura tagħha tinsab fil-knisja arċipretali taż-Żurrieq. Fuqha kienu nstabu wkoll diversi fdalijiet ta’ żmien iram u l-bronż li jinsabu fil-mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija.
Segwu din l-avventura hawnhekk: