”Il-€200 Miljun Għandu Jiffrankahom Mill-Ħela F’Kuntratti Korrotti” – Il-PN

 ”Il-€200 Miljun Għandu Jiffrankahom Mill-Ħela F’Kuntratti Korrotti” – Il-PN
Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana qal li jrid iqaċċat madwar €200 miljun mill-budget allokat għal din is-sena. Iżda jista’ l-Ministru tal-Finanzi jgħidilna minn fejn qaċċat dawn il-miljuni? Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji sar dan it-tnaqqis? Jista’ l-Ministru jgħid jekk ikkonsultax mal-MCESD? Staqsa dan il-kelliem għall-finanzi tal-Partit Nazzjonalista, Jerome Caruana Cilia
Sal-lum, il-Ministru tal-Finanzi baqa’ jaħrab milli jwiegeb minn fejn se jqaċċat dawn il-miljuni. Sirna nafu biss li l-ewwel ma qaċċat hu mill-budget allokat għall-Università ta’ Malta: l-edukazzjoni taż-żgħażagħ tagħna raha żejda.
Fost numru ta’ oqsma, jista’ l-Ministru jgħid jekk naqqasx ukoll mill-qasam tas-Saħħa? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għall-Forzi tal-Ordni f’pajjiżna? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għall-qasam Soċjali? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għal Għawdex? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għall-Infrastruttura? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għall-qasam tal-Kultura u l-Gvern Lokali? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għar-Riċerka u l-Innovazzjoni? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għall-Agrikoltura u s-Sajd? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għall-Anzjani, l-Inklużjoni jew id-Drittijiet tat-Tfal? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għal qasam Ambjentali? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għall-Intrapriżi u l-qasam tax-Xogħol?
Dan hu Gvern li ma jafx jipprijoritizza. Filwaqt li qed jara minn fejn se jqaċċat dawn il-miljuni, b’detriment għaċ-ċittadin, dawk viċin il-klikka ta’ Kastilja jibqgħu jisirqu minn flus il-poplu f’ħemel ta’ direct orders u abbużi mill-fondi pubbliċi. Dawk fil-poter komplew jaħlu flusna. Dawk fil-poter komplew jaħarqu flus il-poplu fit-tberbiq. Quddiem dan kollu, il-Ministru tal-Finanzi jidher li jibqa’ jagħlaq għajnejh u ma jgħid xejn.
Għalfejn din in-nuqqas ta’ trasparenza? Il-Ministru tal-Finanzi qed iħalli pajjiż jistenna ġimgħat sħaħ biex ikun jaf fejn sar dan it-tnaqqis, sostna l-Onor. Jerome Caruana Cilia
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com