Claudia Faniello Waqt Mixja Dwar Is-Saħħa Mentali

 Claudia Faniello Waqt Mixja Dwar Is-Saħħa Mentali

Il-kantanta Claudia Faniello kienet fost dawk il-persuni li pparteċipaw f’mixja mit-Tritoni sa Pjazza San Ġorġ; mixja biex jiżdied l-għarfien dwar is-saħħa mentali

L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Saħħa Mentali l-Ħadd filgħodu ngħaqdet f’messaġġ wieħed biex ikun hemm żieda fl-għajnunjiet li persuni fil-qasam mentali għandhom jingħataw, kemm dawk li huma pazjenti u kif ukoll il-ħaddiema tas-saħħa f’dan is-settur, iżda mhux hekk biss, jeħtieġ li anki bħala poplu ngħinu kif nistgħu lill-persuni li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli.

Il-kantanta Claudia Faniello li anke fl-aħħar edizzjoni tal-festival kanzunetta Maltija pparteċipat bil-kanzunetta ‘Ġmielek’ li titratta temi relatati, dehret iġorr il-messaġġ ”Equal treatment to all levels in society” (Trattament ugwali fil-livelli kollha tas-soċjeta’)

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com