Inċident Tat-Traffiku F’Ħaż-Żabbar

 Inċident Tat-Traffiku F’Ħaż-Żabbar

Raġel ta’ 35 sena residenti iż-Żejtun, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ dalgħodu, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien passiġġier ġo karozza Toyota Corolla li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena, residenti ż-Żejtun ukoll, li għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ma’ mutur Honda li kien ipparkjat.

Filwaqt li s-sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi, tim mediku assista lill-passiġġier u permezz t’ambulanza ttieħed l-isptar. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com