X’Kien Ippropona L-Perit Pietro Paolo Floriani Bħal-Lum?

 X’Kien Ippropona L-Perit Pietro Paolo Floriani Bħal-Lum?

Bħal-lum 17 t’ottubru tal-1635, il-Perit magħruf Pietro Paolo Floriani kien ippreżenta l-ewwel rapport tiegħu lill-Kunsill tal-ordni ta’ San Ġwann dwar sensiela ta’ foritifikazzjonijiet madwar il-Belt Valletta.

Huwa kien tal-fehma li s-swar tal-Belt Valletta kellhom bżonn fortifikazzjonijiet oħra quddiemhom u għalhekk ippropona li s-swar iwasslu sal-Marsa.

Floriani ppropona wkoll li l-ispazju bejn is-swar tal-Belt Valletta u s-swar tal-Marsa, jintuża biex issir Belt oħra li wara ħadet ismu; Floriana.

Il-proposti tiegħu kienu approvati fl-10 ta’ Diċembru tal-1635.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com