It-Tielet Edizzjoni Ta’ ‘The Enchanted Village’ F’San Ġwann

 It-Tielet Edizzjoni Ta’ ‘The Enchanted Village’ F’San Ġwann

It-tielet edizzjoni ta’ Enchanted Village f’San Ġwann tirritorna fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Diċembru. Villaġġ tal-Milied, li għandu jagħti bidu mill-isbaħ għax-xahar maġiku tal-Milied, b’attivitajiet mill-isbaħ għall-familja kollha, logħob għat-tfal, mużika live, parati, ikel u xorb, attrazzjonijiet uniċi, u l-mixgħela tal-Milied. It-tfal se jkollhom ukoll l-opportunità li jieħdu ritratti ma’ Santa Klaws, kif ukoll Mikkie u Minnie.

Madwar 30 esebitur differenti ser jiffurmaw suq tal-Milied b’għażla vasta ta’ pjanti, aċċessorji tal-Milied, ġugarelli, ħelu, flimkien ma’ ikel u xorb tradizzjonali tal-Milied.

Enchanted Village ser jitella fl-iskola Primarja ta’ San Gwann bejn il-Ġimgħa 2 u l-Ħadd 4 ta’ Diċembru. Il-Ġimgħa l-attivitajiet jiftħu fil-5.30pm, is-Sib ser jitella programm ta’ avvenimenti bejn id-9am u 10pm, filwaqt li l-Ħadd ser jitella programm vasta ta’ avvenimenti fuq 12-il siegħa bejn id-9am u 9pm.

Fost l-attrazzjonijiet wieħed għandu jsib divertiment minn uħud fost l-aqwa artisti lokali inkluż; Glen Vella, Fabrizio Faniello, Aiden, Philip Vella, Mike Spiteri, MARA, Makjetti, Avenue Sky, Petra, u ħafna aktar.

L-entratura ser tkun b’xejn għal kulħadd. Dan l-avveniment qiegħed jiġi organizzat mill-Kulleġġ Santa Klara Skola Primarja San Gwann, il-Kunsill Lokali ta’  San Ġwann u s-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com