“Dejjem xtaq li jrodd lura dak li għamlu miegħu Puttinu”

 “Dejjem xtaq li jrodd lura dak li għamlu miegħu Puttinu”

F’għeluq it-tieni anniversarju mill-mewt traġiku ta’ Ramiro Mallia, STRADA RJALI tkellem ma’ Geraldine Ellul, li kienet tafu mill-attivitajiet li kienu jiġu organizzati għal Putiinu.

“Aħna konna mmorru l-maratona tal-futbol ta’ Puttinu u wara bdejt immur l-attività li kien jagħmel hu f’għeluq sninu b’risq Puttinu Cares jew Carl Vella Foundation.”

Geraldine iddiskrivietu bħala ġuvni b’qalb kbira, qaltilna wkoll li dejjem kont tarah minn tal-ewwel biex jgħin.

“Kien xokk kbir li wara li fieq mill-kanċer meta kien żgħir, kellu jkollu inċident sfortunat. Dejjem kont narah bi tbissima. Dejjem kien jgħin. Sa ġurnata qabel ma miet kien qed jirsisti biex ibigħ kemm jiflaħ figolli b’risq Puttinu Huwa kien dejjem jivvinta u aħna ngħinuh. Dejjem xtaq li jrodd lura ta’ kemm għamlu miegħu Puttinu.”

Geraldine tgħidilna li issa qed ikomplu x-xogħol li kien jagħmel Ramiro. “Aħna bqajna nagħmlu dak li kien jagħmel eżatt qabel miet, ibigħ il-figolli għal Puttinu.”

Ilbieraħ ġiet iċċelebrata quddiesa għal għeluq is-sentejn mill-mewt ta’ Ramiro Mallia.

Jekk tixtiequ tixtru l-figolli tistgħu tagħmlu dan billi ċċemplu fuq +356 9942 3245 jew fuq 99685110.

L-uffiċċju ta’ Ramiro and Friends, li jinsab Pjazza San Franġisk Ħal Qormi, ikun miftuħ kuljum mill-4 fost il-ġimgħa u weekend mill-5pm sat-8pm,

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com