Festa Frawli se ssir kif ippjanat

L-attivitá Festa Frawli fl-Imġarr se ssir kif ippjanat minkejja li dalgħodu sbħana bix-xita. Ikkonfermaw dan l-organizzaturi fuq il-paġna ta’ Facebook.
Madanakollu, il-maltemp ħassar attività oħra li kellha ssir dalgħodu f’Ħal Qormi, ix-Show Time in aid of The Malta Trust Foundation. Din l-attività se ssir f’data oħra li titħabbar aktar tard.