Roman Reigns jibqa’ l-Universal Champion tad-WWE

 Roman Reigns jibqa’ l-Universal Champion tad-WWE

Roman Reigns jibqa’ jżomm it-titlu tal-Universal Champion tad-WWE wara li lbieraħ filgħaxija, fit-tieni lejl ta’ WrestleMania, huwa rebaħ l-isfida li kellu kontra Cody Rhodes.

Reigns ilu jokkupa dan it-titlu għal kważi 1,000 ġurnata.

Kienu bosta li bdew jittamaw li l-imperu ta’ Roman Reigns jitwaqqaf minn Rhodes, li għamel ir-ritorn tiegħu fid-WWE f’WrestleMania tas-sena l-oħra, u li huwa r-rebbieħ tar-Royal Rumble ta’ din is-sena; iżda l-qawwa ta’ Reigns se tkompli tiddomina, tal-inqas għaż-żmien li ġej.

Intant, fi ġlieda oħra li saret ilbieraħ, The Edge ħareġ rebbieħ kontra Finn ‘The Deamon’ Balor fil-ġlieda klassika Hell in a Cell.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com