Raġel ta’ 91 sena iweġġa’ gravi wara li waqa’ t-taraġ

 Raġel ta’ 91 sena iweġġa’ gravi wara li waqa’ t-taraġ

Raġel ta’ 91 sena weġġa’ serjament fil-Birgu.

Kien għall-ħabta tal-11:00am, meta l-Pulizija ġiet imsejħa biex tagħti l-assistenza tagħha f’residenza fi Triq San Filippu, il-Birgu.

Filwaqt li l-Pulizija marret minnufih fuq il-post, minn stħarriġ preliminari r-raġel weġġa’ wara li kien waqa’ t-taraġ tar-residenza tiegħu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jagħti l-għajnuna u ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa fejn ħatret inkjest u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com