Ħamrun jinqalgħu miċ-Champions League u jilagħbu fit-tieni round tal-UEFA Conference League

Ħamrun ilbieraħ tilfu kontra Maccabi Haifa bl-iskor ta’ 2-1 biex b’hekk ġew eliminati miċ-Champions League u l-ġimgħa d-dieħla jipparteċipaw fit-2 round tal-UEFA Conference League.
Quddiem ground ippakkjat ġo Sammy Ofer Stadium, Ħamrun marru fil-vantaġġ permezz ta’ gowl ta’ Joseph Mbong, però fit-tieni taqsima l-Iżraeljani wrew il-qawwa tagħhom u dawru ir-riżultat.
Ħamrun issa jkunu fl-azzjoni fis 27 ta’ Lulju meta jiltaqagħu kontra r-rebbieħ bejn FC Astana u Dinamo Tbilisi.