Illejla l-finali
Illejla fid-9 ta’ filgħaxija jingħalaq is-siparju fuq il-kampjonati tal-Ewropa tal-Uefa Under 19 fejn il-Portugall tilgħab fil-finali kontra l-Italja ġewwa l-grawnd nazzjonali ta’ Ta’ Qali.
Dawn iż-żewġ timijiet diġà ltaqgħu fil-gruppi u wieħed irid jirrimarka li kienu fl-istess grupp tagħna l-Maltin.
Fil-logħba ta’ bejniethom dakinhar il-Portugiżi ddominaw u rebħu bl-iskor ta’ 5-1, però finali hija storja differenti u nistennew logħba missielta bejn dawn iż-żewġ timijiet bi plejers tassew interessanti li żgur se nisimgħu bihom daqt.