Illum jirritornaw il-klabbs Maltin fl-Ewropa

Illum il-klabbs Maltin ikomplu bl-avventura tagħhom fl-Ewropa meta Ħamrun jilagħbu t-tieni leg tal-ewwel round taċ-Champions League meta f’Iżrael jilagħbu kontra Maccabi Haifa.
Fl-ewwel leg Ħamrun ġew megħluba bl-iskor ta’ 4-0 u jrid ikun miraklu biex Ħamrun jgħaddu minn dan ir-round. F’każ li jinqalgħu, Ħamrun jilagħbu l-ġimgħa d-dieħla fit-tieni round tal-Europa League.
Balzan illum ukoll ġol-ground Ċentinarju jilagħbu t-2 leg tagħhom fil-kompetizzjoni Europa Conference League meta jilqgħu lil Domzale tas-Slovenja.
Fl-ewwel leg Balzan għelbu barra minn darhom lill-avversarji bl-iskor impressjonanti ta’ 4-1 u llum għandha tkun formalità biex jgħaddu għat-tieni round.