Ara kif tista’ tgħabbi fuq Tinder…

 Ara kif tista’ tgħabbi fuq Tinder…

Iddejjaqt single? Ilek fuq Tinder u ma tista’ tasal imkien? Dejjem l-istess paroli; hey kif inti? u ma tkunx taf kif se tkompli? Naħseb li nistgħu ngħinuk!

Ibda billi ssemmi xi ħaġa li tidher fil-profil tiegħu. Hekk turi kemm inti persuna profonda. Jekk mill-profil tara li ma hemm xejn li tista’ taqbad titkellem fuqha, ikkummenta fuq xi haġa li tidher fir-ritratti tiegħu.

Dik l-ewwel għażla. It-tieni għażla; li tibda b’mistoqsija li tista’ tiftaħ fuqha.

U biex ma nikkumplikawx il-ħajja, segwi dawn it-3 passi li ġejjin;

1. Aqbad ma’ xi ħaġa li tispikka fil-profil tiegħu

2. Ikteb xi ħaġa tad-daħk u rrakkonta storja personali jew spjega kif tista’ tirrealta magħha

3. Spiċċa b’mistoqsija

Eżempju; tinduna li jħobb il-futbol. “Hey! Indunajt li tħobb il-futbol… l-aħħar darba li mort nara lil Belt spiċċajt ksirt idejja wara li waqajt. Issa jkollok tistieden lil xi plejer famuż tal-futbol għal ikel, min ikun?

Insomma, l-importanti li tkun onesta!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com