Hibernians kontra Birkirkara fil-logħba tal-weekend

 Hibernians kontra Birkirkara fil-logħba tal-weekend

Wara li matul il-ġimgħa kellna diversi riżultati interessanti, illum jerga’ jirritorna l-BOV Premier Division qabel jieqaf għal waqfa internazzjonali b’żewġ logħbiet li mistennija jkunu bbilanċjati. Hibernians u Birkirkara jiltaqgħu fl-ewwel logħba fejn iż-żewġ timijiet għandom bżonn il-punti biex jibqgħu f’kuntatt mal-Leaders tal-Klassifika. Hibernians ġejjin minn telfa kontra Floriana filwaqt li Birkirkara kisbu draw ta 1-1 kontra Valletta.

Fil-logħba l-oħra, Valletta jiltaqgħu kontra Mosta b’dawn tal-aħħar ma tantx kellhom bidu feliċi. Valletta kellhom sensiela ta’ riżultati mħallta u jekk iridu jkomplu jiġġieldu għal post fl-Ewropa xejn inqas minn rebħa ma’ tikkuntentaħhom.

Iż-żewġ logħbiet jintlagħbu fil-grawnd Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com