Jekk għandek qattus, għandek tkun taf…

 Jekk għandek qattus, għandek tkun taf…

Inti għandek qattus/a? Kont taf li b’din id-deċiżjoni, qed tiggwadanja saħħtek ukoll.

Dawn li ġejjin huma 5 benefiċċji li l-qattus/a qed jagħmillek għal saħħtek:

1. Itejbu qalbek

Studju juri li 30% sa 40% li ma għandhomx qattus/a kienu iżjed f’riskju li jmutu b’mard tal-qalb.

 

2. Jagħtu spinta ‘l quddiem lis-sistema immunitarja

Min għandu qattus/a, ibati inqas mid-dipressjoni, jidħak iżjed u jagħmel iżjed eżerċizzju. Ukoll, qattus/a jindunaw meta tkun ma tiflaħx!

 

3. Inaqqsulek l-allerġiji u problemi respiratorji

Tfal li jikbru mal-qatates, jiżviluppaw immunità għall-allerġiji minn età żgħira. Studji juru li hemm ċans żgħir li dawn jiżviluppaw problemi respiratorji.

 

4. Inaqqsulek il-pressjoni

Meta toqgħod tmelles il-qattus/a, tikkalma u għaldaqstant tista’ tonqoslok il-pressjoni. Fil-fatt, studju juri li min għandu xi annimal domestiku, għandu pressjoni baxxa.

 

5. Inaqqsu l-effetti tas-solitudni

Li jkollok qattus/a jfisser li għandek interazzjoni soċjali f’ħajtek. Jekk inti persuna b’grupp żgħir ta’ nies f’ħajtek, qattus/a jgħinuk tħoss inqas dak il-vojt u tħossok inqas waħdek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com