L-uniku sport li jintlagħab home u away

 L-uniku sport li jintlagħab home u away

Peress li Malta huwa pajjiż żgħir meta niġu għall-kampjonati sportivi dawn ġeneralment jintlagħbu fi grounds newtrali madwar il-pajjiż. Però hawn sport f’Malta li huwa l-unika kampjonat li jintlagħab fuq bażi ta’ home u away, qed nitkellmu fuq l-isport tal-boċċi. Il-kampjonati tal-boċċi ġeneralment jintlagħbu fix-xhur tas-sajf u għalkemm huwa sport abbinat ma’ rġiel ta’ ċerta età, l-attendenza għal-logħob ikun wieħed tajjeb u meta tasal il-fażi finali dawn jiġbdu attendenza mill-isbaħ.

Il-fatt li l-logħob jintlagħbu home u away, il-kampjonati jkunu tassew interessanti u missielta. Sakemm qed niktbu dan l-artiklu il-kampjonat Premier wasal lejn it-tmiem tal-ewwel fażi fejn l-ewwel 4 timijiet jilagħbu l-play offs biex jiġi deċiż min se jirbaħ il-kampjonat Malti. Bħalissa Għaxaq jinsabu fil-quċċata tal-klassifika segwiti minn Żebbuġ u Msida. Ir-4 tim li huwa favorit li jidħol fil-play off huwa dak tal-Birgu. Wara li jitlesta l-kampjonat ikollna l-finali tant mistennija tat-trofew tal-Anġlu fejn din il-finali tintlagħab f’pitch newtrali u tiġbed l-akbar attendenza tal-istaġun.

Il-boċċi huwa sport tradizzjonali Malti hu jintlagħab hawn Malta biss tant li ġo Għawdex jintlagħab b’boċċi differenti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com