Taħseb li f’pajjiżna għamilna passi kbar fis-settur tas-saħħa mentali?
Aktar ma għadda ż-żmien wara l-pandemija tal-covid, in-nies kienu aktar milquta bi ġlied tal-ħajja u sfidi ta ‘kuljum li ħadu piż mentali fuqhom. B’għarfien akbar dwar is-saħħa mentali, ħafna Maltin qed ifittxu l-għajnuna u assistenza mingħand nies professjonali fejn naraw li d-domanda kibret ħafna u saret iktar diffiċli biex jassitu lil kulħadd. Avolja sirna iktar konxji dwar is-saħħa mentali b’mod ġenerali, xorta waħda tidher li ada stigmatizzata bejn in-nies u anke fil-postijiet tax-xogħol.
Allura x’nafu tassew dwar is-saħħa mentali? Eżempji bħal dawn ta’ mard mentali jinkludu dipressjoni, ansjetà, skizofrenija, disturbi fl-ikel u vizzji fl-imġieba. Dawn huma biss ftit minn ħafna eżempji li nsibu li jagħmlu parti mis-saħħa mentali. Jekk il-maħbubin tiegħek juru sinjali ta’ mard mentali, agħmel diskussjoni miftuħa u onesta miegħhom dwar it-tħassib tiegħek. Forsi ma tkunx tistaʼ ġġiegħel lil xi ħadd jieħu kura professjonali, imma tistaʼ toffri inkoraġġiment u appoġġ.
Hu x’inhu, ftakar dejjem li m’intix waħdek biex tiġġieled din il-battalja u tista’ dejjem titkellem ma’ nies professjonali għal aktar gwida.
Ċempel fuq 1579, li hija l-helpline tas-saħħa mentali fejn tkun miftuħa 24/7.