Aħna l-Maltin għadna nafu niktbu bil-Malti sew?

Sfida bħal din hija l-fatt li hemm minoranza mdaqqsa ta’ Maltin li jħossu li lsien twelidhom huwa l-lingwa Ingliża, filwaqt li xorta jħossu li huma Maltin kburin b’pajjiżhom. Hekk kif il-lingwa Maltija inbidlet matul iż-żmien, il- grammatika ħadet daqqa ta’ ħarta u avolja l-Maltin kollha jistgħu jitkellmu bil-lingwa Maltija, ftit li xejn jafu jiktbuha sew. Ħafna mid-diffikulta li nsibu fil-grammatika Maltija huwa l-alfabett ta’ fejn għandna nużaw l-ittri bħal ġ u g, ħ u h, għ, ż u z.
Eżempji ta’ dawn huma:
· Ġ – ġenerazzjoni u Ġunju
· G – grad u Grieg
· Ħ – ħabsi u ħajja
· H – hena u huma
· GĦ – għada u għajn
· Ż – żagħżugħ u żunżan
· Z – zija u zalza