Movember xi tfisser eżattament?

 Movember xi tfisser eżattament?

Movember huwa avveniment annwali li jinvolvi t-tkabbir tal-mustaċċi matul ix-xahar ta’ Novembru biex iqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet ta’ saħħa tal-irġiel, bħall-kanċer tal-prostata, kanċer testikolari, u suwiċidju tal-irġiel.

Billi tħeġġeġ lill-irġiel biex jinvolvu ruħhom, Movember għandu l-għan li jżid l-iskoperta bikrija tal-kanċer, id-dijanjosi u t-trattamenti effettivi, u fl-aħħar mill-aħħar inaqqas in-numru ta’ mwiet li jistgħu jiġu evitati. Minbarra check-ups annwali, il-Fondazzjoni Movember tħeġġeġ lill-irġiel biex ikunu iktar konxji dwar l-istorja tal-familja tagħhom jekk qatt kellhomx kanċer u biex jadottaw stil ta’ ħajja aktar b’saħħtu.

Huwa importanti ferm li dejjem nieħdu ħsieb lilna nfusna, anki jekk maħniex imħargin biżżejjed fuq is-suġġett. ‘Checkups’ regolari huma dejjem aħjar biex jekk hemm bżonn ta’ kura jew prevenzjoni min qabel ma naslux f’pożizzjoni fejn ikun tard wisq.

Bħala rġiel, qadt mortu tagħmlu testijiet ta’ rutina regolari kull sena? Qatt fittixtu l-għajnuna meta kien hemm il-bżonn?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com