Derby tal-Italja

 Derby tal-Italja

Illum f’Turin l-Italja tintlgħab waħda mill-aktar logħbiet mistennija fix-xena internazzjonali dik bejn Juventus u Inter, logħba magħrufa bħala d-Derby ta’ l-Italja.

Inter bħalissa jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b’ 31 punt segwiti mill-Juventus b’żewġ punti inqas. Ir-rivalita bejn dawn iż-żewġ clubs tmur lura fiż-żmien, pero’ 18 il-sena ilu kompliet żiedet id-doża minħabba l-iskandlu ta’ Calciopoli meta l-istess Juventus kienu kkundanati li jilagħbu Serie B filwaqt li Inter ġew mgħotija r-rebħ tal-kampjonat minflok l-istess Juventus.

Din il-logħba anka Malta tinħass ħafna speċjalment fil-każini u fuq il-medja soċjali, fejn wieħed jistenna li nhar il-Ħadd filgħaxija facebook ikun mixgħul minn kummenti tat-tim rebbieħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com