Temmnu bl-oroskopju?

 Temmnu bl-oroskopju?

Temmen bl-oroskopju? Hawn min iva u hawn min hu xettiku fuqha. L-oroskopju huwa tbassir tal-futur ta’ persuna bbażata minn diversi fatturi fosthom dawk li huma bħall-istilel, il-pjaneti, u fatturi astroloġiċi oħra fil-ħin tat-twelid ta’ kull individwu. L-istudju tal-influwenzi ċelestjali fuq il-bniedem u l-avvenimenti naturali huwa magħruf bħala astroloġija, u l-oroskopju huwa interpretazzjoni ta’ dan maħluqa mill-astrologi. L-aktar tip komuni ta’ oroskopju hija dik magħrufa bħala ‘birth chart’ jew ‘natal chart’ fejn  tiġi kkalkulata abbażi tal-ħin eżatt, id-data u l-post tat-twelid ta’ kull persuna. Il-grafika hija maqsuma fi tnax-il sezzjoni, dan għaliex kull sezzjoni tirrappreżenta sinjal żodjaku. Dawn is-sinjali huma Aries, Taurus, Gemini, Cancer, Leo, Virgo, Libra, Scorpio, Sagittarius, Kaprikornu, Aquarius u Pisces.

Bħal ma ħafna jafu, kull sinjal żodjaku huwa assoċċjat ma’ karatteristiċi u traits ta’ kull individwu, fejn l-astrologi jużaw din in-natal chart biex jagħmlu tbassir dwar il-personalità, ir-relazzjonijiet, il-karriera u aspetti oħra tal-ħajja ta’ dak l-individwu. Bl-oroskopju tista’ anke tkun taf dwar il-karriera, l-imħabba, rigward is-saħħa u ġid fost oħrajn.

X’inhu is-sinjal żodijaku tiegħek?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com