Bil-Piġama jew b’xejn?

 Bil-Piġama jew b’xejn?

Hawn min ikun iridha l-piġama u hawn min jgħidlek li tqabbdu attakk nervuż. Bħal f’kollox, mitt bniedem, mitt fehma.

Bil-piġama hemm min iħossu iżjed komdu, imsaħħan u biex nużaw il-kelma Ingliża, cosy.

Hemm min imbagħad jgħidlek li jkun irid jorqod għarwien laħam u dan fih anke benefiċċji għas-saħħa imma mhux il-ħafna kemm nesaġeraw aħna.

Li l-ġilda għandha bżonn titperreċ mhix veru jew li l-ġilda tinten bil-ħwejjeġ billejl.

Li huwa minnu u kważi ovvju, hu, li jekk se torqod għeri, se tkun iżjed frisk tul illejl allura din il-prattika, tista’ tkun l-aktar popolari fis-sajf.

Vantaġġ ieħor li torqod għarwien huwa li qasmiet fil-ġilda, jingħalqu iżjed malajr meta jkunu esposti u ma jkollhomx għatta fuqhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com