Għandek delay jew qed tistenna l-flight?

 Għandek delay jew qed tistenna l-flight?

Immaġina ftit, wara li tagħmel ġimgħat tippjana u sigħat tippakkja l-bagalja, terħilha lejn l-ajruport u malli tasal biex titla’ fuq l-ajruplan jgħidulek “Flight Delayed”. M’hemmx x’tagħmel, tinsiex qiegħed fl-aħjar ajruport fl-Ewropa… nifs ‘il ġewwa u ieħor ‘il barra u aqra hawn taħt!

Naturalment tibda tgħid, “issa jien x’se noqgħod nagħmel fl-ajruport?” Speċjalment jekk tkun ħadt xi ġurnata leave biex issiefer imma minflok tħossok qed “taħli l-ħin”, tista’ tieqaf waqfa għand tad-Duty Free. Apparti li tara l-mijiet ta’ prodotti li għandhom disponibbli, tista’ takkwista xi ħaġa għalik stess jew għal xi rigal bi prezz tajjeb.

Il-prodotti tad-Dufry għandhom prezzijiet esklussivi u ħafna drabi ssib offerti u ditti li ma ssibhomx fi ħwienet normali! Dan ifisser li probabbilment, il-prodotti tagħhom huma irħas minn dawk ta’ ħwienet oħra madwar il-gżejjer Maltin, u oħrajn huma uniċi biss għal dan il-ħanut fl-ajruport Malti.

X’tista’ tixtri mid-duty free?

  1. Kull tip ta’ fwieħa li tista’ timmaġina. Jekk smajt bi fwieħa u tixtieq prezz tajjeb għaliha, ibqa’ ċert li se ssibha hawnhekk! Apparti minn hekk, se ssib ukoll daqsijiet differenti, partikolarment iċken sabiex tkun tista’ tivvjaġġa aħjar bihom fl-ajruporti. Żgur se titla’ fuq l-ajruplan tfuħ daqs fjura fir-Rebbiegħa.
  2. Mijiet ta’ prodotti tas-sbuħija. Ibda minn kremi differenti, make-up, prodotti li tinħasel bihom jew li tnaddaf wiċċek bihom, u ħafna aktar. Ovvjament, sinjura, ara li d-daqsijiet tal-likwidi li tixtri tista’ tniżżilhom lura miegħek fil-hand luggage!
  3. Ħelu u ċikkulata ta’ kull tip. Naqra ħlewwa biex tgħaddi l-ħin qatt ma ngħidu le għaliha!
  4. Ikel u xorb tradizzjonali Malti. Jekk se żżur xi qraba barra minn Malta u tixtieq toħdilhom xi ftit ikel u xorb tradizzjonali Malta, fil-ħanut tad-Duty Free se ssib minn kollox ibda minn gallettini tradizzjonali, xorb bħall-Bajtra u Rummiena, Kinnie, Kinnie Spritz u anke l-famuż Twistees. Żgur ma jgħidulekx li ġejt ta’ b’idek f’idek!
  5. Kull tip ta’ alkoħol li tista’ timmaġina. Jekk qed tippjana xi ftit divertiment meta tkun imsiefer u tixtieq li jkollok xi flixkun Gin jew Whiskey tajjeb miegħek fil-lukanda, fil-ħanut tad-Duty Free se ssib għażla vasta ta’ kull tip ta’ alkoħol li tista’ timmaġina, u li mhux dejjem issib minn ħwienet lokali. Prova teżaġerax bix-xorb imma, il-vakanza gawdiha!
  6. Diversi offerti speċjali. Dawn issibhom għal kull tip ta’ prodott li diġà semmejna hawn fuq u jkunu differenti kull darba li ssiefer. Offerta tajba qatt ma ngħidlulha le, hux vera?
  7. Akkwista prodotti esklussivi li ma ssibhom imkien aktar. Fil-ħanut tad-Duty Free se ssib ukoll diversi ditti u verżjonijiet ta’ prodotti li huma uniċi għal dan il-ħanut u li mhux se ssibhom imkien aktar Malta. Dik il-make-up palette jew dik l-edizzjoni speċjali tal-Whiskey tista’ tixtrihom mill-ajruport minflok tordnahom minn barra!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com