“Id-Dimensja nessietek min jien” – Jiftaħ qalbu l-ġurnalist Glen Falzon

 “Id-Dimensja nessietek min jien” – Jiftaħ qalbu l-ġurnalist Glen Falzon

Id-dimensja.
Id-dimensja nessietek.
Id-dimensja nessietek min jien.
Id-dimensja nessietek min kont jien għalik.
Id-dimensja nessietek min kont inti għalija.
Id-dimensja nessietek x’kont tħoss meta rabbejtni.
Id-dimensja li tikollok moħħok, ċellola ċellola sa ma jisfuma.
Id-dimensja mhix se tnessi x’inti inti għalija.
Id-dimensja se tmewwet kollox.
Id-dimensja xorta se tirbah.
Id-dimensja sal-aħħar.
Id-dimensja.

B’dawn il-kitbiet, hekk kellem lil nanntu l-ġurnalist Glen Falzon fuq il-midja soċjali tiegħu fejn qasam il-mumenti ta’ dak li jgħaddu minnu kemm min ibati mid-dimensja u anke xi jħossu l-familjari u l-qrabat.

Ftit qabel, Falzon ixxerja post tiegħu stess mill-2020 fejn kien spjega dwar kemm iħoss qalbu tingħafas meta jara lil nanntu tħares lejh minn wara t-tieqa u ddum ma tagħrfu. Spjega “Aħseb u ara meta għada pitgħada tħares lejja u tibqa’ ċassa. Daqs li kieku persuna li qatt ma rajtni . . . aħseb u ara kemm se tħallini nbusek fuq ħaddejk!” Dak li kien ħaseb Glen, qed iseħħ.

Dik hija d-dimenjsa. Marda progressiva li tavvanza bil-mod il-mod sakemm lill-persuna ġġibha li ma tibqax tgħaraf lil dak li jkun. Hija ta’ wġiegħ u qism il-qalb. Dak li qed jgħaddu l-familjari ta’ Falzon, qed jgħaddu minnha ħafna nies oħra f’pajjiżna u madwar id-dinja kollha.

Id-dimensja tiddeskrivi ġabra ta’ sintomi li huma kkawżati minn diżordnijiet li jaffetwaw il-moћћ. Mhijiex marda speċifika waћda. Id-dimensja taffetwa l-ћsieb, l-imġieba u l-kapaċità li jsiru x-xogћlijiet ta’ kuljum. Il-funzjoni tal-moћћ hija affetwata biżżejjed biex tfixkel il-ћajja soċjali jew tax-xogћol normali tal-persuna. L-iktar sinjal ċar tad-dimensja huwa l-inabilità li tagћmel l-attivitajiet ta’ kuljum bћala konsegwenza ta’ nuqqas mill-kapacità konjittiva.
Insellmu lil dawn il-persuni li jsofru minn din il-kundizzjoni kif ukoll nagħtu kuraġġ u nħeġġu sabiex ngħixu ħajja sana u napprezzaw il-mument. Għaliex il-ħajja hija wisq prezzjuża iżda fraġli wkoll.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com