Iħobbuh il-ħaxix uliedkom? X’benefiċċji fih?

 Iħobbuh il-ħaxix uliedkom? X’benefiċċji fih?

Kemm nisimgħuha din! Tiftakruha l-kampanja eat 5 a day? Kienet kampanja biex nieklu ħames frottiet kuljum. Il-frott jidħol mal-lista tal-ħxejjex jew biex inkunu eżatti, jikkumbinaw ruħhom sew u jissemmew dejjem flimkien.

Kontinwament dari iżjed mil-lum, konna nisimgħu “Ma jħobbuhx il-ħaxix it-tfal tiegħi” u dak kien żmien meta beda dieħel junk food li sar mhux biss norma imma anke wkoll moda … qisu li tiekol junk food mela inti cool.

Maż-żmien bdiet tinħoloq iżjed kuxjenza dwar kemm hu tajjeb li nieklu dieta bilanċjata u l-ħaxix tista’ tgħid li sar cool minħabba l-attenzjoni lejn il-figura u d-dehra minħabba l-midja soċjali.

Imma ħallina minn dak li hu cool biss għax wara kollox, saħħitna hija importanti u ħajja x’ngħixu, għandna waħda u rridu nieħdu ħsiebha bl-aqwa mod possibbli.

Lit-tfal huwa tajjeb li ndarruhom jieklu l-ħaxix u dan qed isir. Issib tfal fejn lill-ġenituri tagħhom flok jitolbuhom pakkett ħelu, jitolbuhom bħal ngħidu aħna, karrotti.

Il-benefiċċji tal-ħaxix huma kbar. Apparti li jmexxi l-ikel mill-istonku, jnaqqas il-pressjoni fid-demm, inaqqas riskji ta’ attakki tal-qalb jew puplesiji, jevitalek ħafna kankri, problemi fl-għajnejn u għandu effett pożittiv fuq il-livell taz-zokkor fil-ġisem.

Filwaqt li lit-tfal huwa tajjeb li nħallulhom it-tfulija u ma naqtgħulhomx il-ħlewwiet kollha, huwa ħafna iżjed tajjeb li ndarruhom minn kmieni jieklu tajjeb. Jibbilanċjaw u jevitaw l-eċċessività u l-abbundanzi. Dak li nieklu jagħmilna jgħidu. Dak li tiżra’ taħsad … jekk nieklu tajjeb illum, ingawduh ‘il quddiem, aħseb u ara t-tfal minn ċkunithom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com