Min jaħseb l-iżjed fuq is-sess? In-nisa jew l-irġiel? Jew it-tnejn l-istess?
X’mistoqsija dik! Ħeqq, għalkemm mhux kulħadd jammetti, is-sess tista’ tgħid li kulħadd iħobbu xi ftit … min ħafna u jrid sess kontinwu; jiġifieri fuq bażi ta’ kuljum, saħansitra anke iżjed minn darba f’ġurnata, u hemm min b’darba kultant ikun kuntent u sodisfatt.
Fuq dak li semmejt, jiġifieri dik il-persuna li tkun trid sess anke iżjed minn darba kuljum, hemmhekk tista’ tkun innutata xi forma ta’ addiction jew anke vizzju jew ocd (obsessive compulsive disorder). Dawn it-terminoloġiji li semmejt, kull waħda minnhom trid tkun trattata individwalment. Iżjed u iżjed, jekk din tiġi fisazzjoni bi problemi bħala konsegwenza.
Fuq fomm il-pubbliku, speċjalment min-nisa, spiss nisimgħu ‘ħeqq l-irġiel kollha l-istess, f’ħaġa waħda biss jaħsbu!’ Imma dan kemm hu minnu? Hemm nisa li huma bħall-irġiel u kif għal darb’oħra jgħid il-Malti wkoll, ikun hemm dawk li ‘ma jistgħux jaraw qalziet!’ Imma dawn huma l-estremitajiet? Nistgħu niġġeneralizzaw? Ovvjament li le.
Issib irġiel li ma jitkellmux u forsi ma jkunux qed jaħsbu fuq is-sess daqs in-nisa u viċe versa. Issib minn kollox u bħal dejjem, hawn min kull faxxa.
Madanakollu, xjentifikament huwa veru ppruvat li l-irġiel għandhom sex drive akbar min-nisa anke minħabba x’jirrikjedi l-att sesswali minn raġel meta mqabbel ma’ dak ta’ mara. Per eżempju, fil-ktieb: Archives of sexual behaviour li huwa ppubblikat mid-ditta Springer, jispjega li jekk l-irġiel ikollhom 14 -il partner differenti f’ħajjithom, in-nisa jkollhom 7.
Intom x’taħsbu fuq dan is-suġġett?