Miss Kalkara tirbaħ il-61 edizzjoni ta’ Miss Malta 2024!

 Miss Kalkara tirbaħ il-61 edizzjoni ta’ Miss Malta 2024!

Hekk kif ilbieraħ 7 ta’ Jannar intemm il-konkors Miss Malta 2024 immexxi taħt id-direzzjoni ta’ Kersten u Shanice Borg, Cherise Spiteri tfajla ta’ 21 il-sena ġiet inkurunata Miss Malta filwaqt li Ihana Cauchi tirbaħ Miss Teen Malta 2024. Miss Republic of Malta rebħitu Lexine Farrugia Miss Dingli filwaqt li Alexia Cutajar Miss Żurrieq tirbaħ it-titlu ta’ Miss Tourism of Malta.

30 parteċipanta ħadu sehem f’din l-isfilata minn diversi lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex għat-titlu ta Miss Malta filwaqt li 14 il-parteċipanta ikkompetew għat-titlu ta’ Miss Teen Malta. Il-ħames finalisti ta’ Miss Malta kienu: Cherise Spiteri Miss Kalkara, Yasemin Entrugul Miss Madliena, Lexine Farrugia Miss Dingli, Alexia Cutajar Miss Żurrieq u Karolina Bordian Miss Xemxija.

It-team ta’ StradaRjali ħadu kummenti esklussivi mingħand ir-rebbieħa Cherise Spiteri:

Kif se tkun qed iġġorr dan it-titlu matul din is-sena?
“Se nkun qed inġorr dan it-titlu propju biex nagħmel kuraġġ lil tfajliet oħra, biex jemmnu fihom infusom u jaħdmu sakemm dak li jemmnu li xi darba jixtiequ jagħmlu jaslu għaliex jekk temmen fik innifsek u taħdem, dak li temmen fih jista’ jsir realtà.”

X’ messaġġ tgħaddi lit-tfajliet li qed isegwuk dwar din l-esperjenza unika?
“Jien qatt ma kont nemmen li se nieħu ritratt, jew li jibagħtuli kumpaniji biex nieħu photoshoots u riklami, iktar u iktar li nirbaħ Miss Malta, emmnu fikom infuskom għax jekk dak kollu li xtaqt tipprovah se jirnexxielek.”

F’isem it-tim ta’ StradaRjali nifirħulha mill-qalb u nawgurawlha iżjed suċċessi għall-futur!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com