Timmaġinaw għadha se toħroġ l-applikazzjoni għall-bini ta’ lukandi fil-Mellieħa?
Hekk kien seħħ fil-25 ta’ Jannar tal-1957 meta l-espert dwar it-turiżmu Mr. B Hollyer ta konferenza tal-aħbarijiet li matulha kien ħabbar żviluppi fil-qasam turistiku.
Huwa kien qal li kienu se joħorġu applikazzjonijiet għall-bini ta’ lukandi fil-Mellieħa u anke fil-Bajja ta’ San Ġorġ. Skont il-pjan imħabbar, kellu jinfetaħ ukoll Casino; dak li llum huwa d-Dragonara Casino li kien tkabbar biex sar casino, għaliex propjament inbena fl-1870 bħala Villa tal-Markiż Scicluna.
Jaqbdek il-bard taqra u tisma’ dawn il-versi … timmaġinaw l-art verġni u għad ma hemm xejn fuqha u se toħroġ l-applikazzjoni biex issir l-ewwel lukanda f’post? O żmien ħelu, mhux li kien Malta għad għandha art verġni daqs kemm kellha qabel.
Veru li l-progress irid isir, imma morna għall-estrem l-ieħor issa.
caption: Il-Mellieħa kien għadu iżjed raħal tradizzjonali.