Hawn xogħolijiet li huma xi ftit diżgustanti – kemm napprezzawhom?

 Hawn xogħolijiet li huma xi ftit diżgustanti – kemm napprezzawhom?

Tant imodrrijin li għax irridu servizz nieħduh, bi dritt jew għax inħallsu, li qas nirrealizzaw kemm dawn huma importanti u li sfortunatament mhux dejjem napprezzawhom biżżejjed. Anke jekk għandna bżonnhom verament.

Xi ngħidu għal dawk li jaqtgħu d-dwiefer tal-anzjani? Dawk li jagħmlu l-make up fuq il-mejtin? Dawk li jiftħu d-dranaġġ?

Li jiġbru ż-żibel, l-iżjed l-iżjed jekk ikun hemm xi mandra? U dawk li jridu jieħdu ħsieb ġismek – tobba u infermiera, f’każ ta’ bżonn u li forsi ma jkunx hemm indafa kif meħtieġ jew minħabba xi raġuni jew oħra?

Ma rridu nieħdu qatt xejn for granted. Dawn huma kollha meħtieġa u li niġu bżonnhom dejjem.

Tara lil ħadd dubbien jew tħossok li int hemm fuq u ħaddieħor isfel. L-avukat għandu bżonnu lil taż-żibel mhux taż-żibel biss għandu bżonnu lill-avukat.

Is-soċjetà tagħna tissejjaħ interdipendenti; jiġifieri lkoll bżonn xulxin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com