Taqbel mal-Ewtanażja? Meta se niddiskutuha?

 Taqbel mal-Ewtanażja? Meta se niddiskutuha?

Dan huwa suġġett delikat u fl-istess ħin le. Jekk persuna turi x-xewqa li tixtieqha, għaliex għandek tkun int jew dak jew l-ieħor li ċċaħħadha?

Tidħol ir-reliġjon forsi għaliex ngħidu li Alla jtik il-ħajja, u għandu jitlobha lura hu?

F’Marzu tal-2022, il-Gvern kien qal li ser tibda diskussjoni nazzjonali dwar l-introduzzjoni tal-ewtanażja imma sal-lum, donnu kollox intesa, jew forsi twarrab minħabba prijoritajiet oħra.

Artiklu 213 tal-kodiċi kriminali Maltija tgħid li min jassisti persuna għal suwiċidju jew tagħtih għajnuna fih, tkun qed tistenna li taffaċċja priġunerija li ma teċċedix it-12-il sena.

F’survey li kien sar fis-sena 2016, jidher li 90.2% mit-tobba rreġistrati f’Malta kienu kontra l-introduzzjoni tal-ewatnażja.

Ftit jiem ilu rajna kif l-eks prim ministru Olandiż flimkien ma’ martu għażlu li jmutu bl-ewtanażja fl-età sabiħa ta’ 93 sena.

Suġġett vast u li għandu ħafna opinjonijiet minn nies diversi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com