X’m’għandekx tagħmel meta tiltaqa’ ma’ ġlieda?

 X’m’għandekx tagħmel meta tiltaqa’ ma’ ġlieda?

Bit-tempra sħuna tagħna ta’ karattru Mediterranju li aħna, huwa spiss li jkollna argumenti. Hemm dawk normali li jgħaddu maljar u li nsjeħulhom ‘nar tat-tiben’ għax ftit minuti wara kollox qisu qatt ma kien, u hemm dawk li jkunu perikolużi u ġieli jispiċċaw fl-idejn. Minn dawn irridu nibżgħu u noqogħdu attenti.

L-ewwelnett biex ma naslux f’dan il-punt. It-tieni, meta tiltaqa’ ma’ ġlieda hekk ikun fejn ikun, tħeġġiġx iżjed lill-persuni nvoluti bi kliem, tgħajjir u inkoraġġiment biex ikomplu għaddejjin.

It-tieni, din il-manija li noħorġu l-mobile u niffilmjaw ħalli ntellgħuh u jkollna l-likes, misskom tindunaw kemm tkunu tan-nejk. X’ħadt b’daqshekk? Ħadt stilla fuq il-pitazz.

It-tielet, jekk tara li l-affari se teskala, ċempel lill-pulizija biex jieħdu azzjoni qabel ikun tard wisq u tirritorna l-paċi pubblika.

Jaf tkun int f’dik is-sitwazzjoni. Din mhux għax kwiet jew fuq tiegħek. Imma l-ġlied qatt mhu sabiħ. Nevitawh.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com