Torqdu kmieni jew tħobbu ġġebdu sat-tard?
Min jorqod kmieni, iqum kmieni. Ma jibdilha ma’ xejn. Għax filgħodu, tilħaq tiġi f’tiegħek u tlesti xebgħa affarijiet u ċekċik fid-dar. Tmur għax-xogħol bil-kwiet u jkollok ġurnata serena.
Min jorqod tard, iqum tard. Jasal tard. Ikollu koċċ ġenn għaliex kollox jibda jaħbat ma’ xulxin; appuntament ma’ appuntament u ħinijiet li jkollhom jiġu posposti.
Mhux kulħadd l-istess. Hemm min jorqod tard u xorta jqum kmieni. Hemm min ma jkunx jista’ jorqod għaliex wara ġurnata ġass mal-pjanċa kif ngħidu, l-adrenalina ma tħalliehx.
Issib nies li biex jorqdu, bilfors iridu jaraw ftit tv/film.
Huwa dejjem issuġġerut li norqdu bejn 6-8 sigħat kuljum għal saħħitna. Jingħadd ukoll, li min jorqod tajjeb, ikun iżjed f’saħħtu u anke jgħix iżjed.