Fallimenti min-nies famużi … “ma setax jitkellem sewwa sal-età ta’ 4 snin”
Fil-ħajja ma tridx taqta’ qalbek. Mhux dejjem faċli imma jekk tinsisti u taħdem, tirnexxi.
Ħafna kienu dawk in-nies li llum nirreferu għalihom bħala famużi li matul ħajjithom, mhux kollox kien ward u żahar. Ovvjament, kulħadd jibqa’ uman. Ħadd mhu omnipotenti.
- Albert Einstein ma setax jitkellem sewwa sal-età ta’ 4 snin. L-għalliema tiegħu kienet qalet li dan it-tifel mhux se jkampa.
- Michael Jordan kien tħalla barra mit-tim tal-basketball tal-iskola. Mar id-dar jibki u ssakkar f’kamra.
- Walt Disney tkeċċa minn gazzetta lokali għax qaluli li ma kellux immaġinazzjoni tajba u ideat oriġinali.
- Steve Jobs ta’ 30 sena kien tneħħa mill-kumpanija li ħoloq hu stess.
- Oprah Winfrey tneħħiet milli taqra l-aħbarijiet għax qalulha li ma kinitx tajba għat-televiżjoni.
- Il-Beatles ġew irriġettati mid-Decca (recording studios) għax qaluli li l-ħoss tagħhom ma kienx tajjeb u m’għandhomx futur fil-mużika.
Dawn kollha spiċċaw ismijiet kbar u ta’ suċċess. Min jaf x’hemm ġo fik jistenniek biex tesplorah u forsi qed taqta’ qalbek minħabba xi kumment jew falliment ta’ darba. Agħmlu kuraġġ u iġru wara l-ħolma tagħkom.