Ftit kurżitajiet fuq Benny Hill … aqraw x’ġara mit-testment tiegħu

 Ftit kurżitajiet fuq Benny Hill … aqraw x’ġara mit-testment tiegħu

Benny Hill kien komiku popolari mmens. Kien attur li fuq l-iscreen kien jazzarda jagħmel mossi li fi żmienu, kienu għadhom jitqiesu bħala taboo. Imma ħafna kienu jsegwuh anke jekk kienu jikkritikawh.

Huwa miet fil-flat tiegħu f’Teddington fl-għodwa tal-20 t’April tal-1992 fl-età ta’ 68 sena. Imma ma ndunawx mill-ewwel. Sabuh jumejn wara. Miet waqt li kien qed jara t-televixin fuq is-sufan. Intqal li sofra minn trombożi.

F’dokumentarju dwaru, kien intqal li l-udjenza maż-żmien bdiet tonqos, u l-programm tiegħu beda jiswa ħafna flus kif ukoll beda jidher għajjien. B’kollox, mix-xow tiegħu ddaħħlu mal-£100 miljun.

Interessanti l-fatt li Benny Hill għamel testment fejn ħalla kollox lill-ġenituri tiegħu imma dawn mietu qablu. Warajhom kien imiss lil ħutu, li ma kienx daqstant viċin tagħhom imma laħqu mietu wkoll. Wirtu kollox in-neputijiet tiegħu.

L-isem propju tiegħu kien Alfred Hawthorne Hill.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com